Każ ta' Identità Żbaljata
March 28, 2013
X'tara meta tħares lejn dan ir-ritratt spazjali?

Jekk weġibt 'galassja' jew aħjar, 'galassja spirali', għandek raġun! Imma temmen li mhux darba imma darbtejn, din il-galassja ġiet identifikata ħażin mill-astronomi professjonali? Meta ġiet osservata l-ewwel darba minn Pierre Méchain, lura fl-1780, kien ħaseb li kienet nebula (sħaba ta' gass u trab li tiddi). Imbagħad, ftit tas-snin wara, Charles Messier sejħilha 'star cluster' li huma grupp ta' ftit eluf jew miljuni ta' stilel miġurin flimkien permezz tal-gravità (ħafna inqas stilel milli jkun hemm f'galassja).  Tinkwetax Charles, ħadt żball biss bi ftit 100 ta' biljun ta' stilel!

Imma qabel ma niġġudikaw lil Pierre u lil Charles b'mod iebes, irridu niftakru li t-teleskopji kienu għadhom invenzjoni ġdida fis-seklu tmintax. Meta tqabbel il-kwalità tat-teleskopji tal-bidu mat-Teleskopju Spazjali Hubble tkun qisek qed tqabbel karozza tal-logħob ma' Ferrari. Temmen li kien inqas minn 100 sena ilu li sirna nafu li hemm galassji oħra fl-Univers?  Illum, nafu li l-Univers fih mijiet ta' biljuni ta' galassji mimlija stilel. 

Dawn il-galassji huma ta' kull forma, daqs u tip. Dan ir-ritratt ma jurix biss galassja b'forma spirali, dan huwa wkoll l-eqreb eżempju ta' 'galassja Seyfert'. Din hi tip ta' galassja enerġetika ħafna li tkun mimlija gass jaħraq u jiddi u li titfa' ammonti kbar ta' radjazzjoni intensivi mill-qalbha skura tagħha. 

 

 

Cool Fact

Fatt Interessanti

F'ritratt wieħed ta' roqgħa żgħira ta' sema bil-lejl, il-Hubble qabad eluf ta' galassji! Tista' tara r-ritratt hawn. Dan ma jġiegħlekx tirrealizza kemm hu enormi l-Univers?

This Space Scoop is based on Press Releases from ESA, Hubble Space Telescope.
ESA Hubble Space Telescope

Karen Vella Pace

Image
Print Friendly Version
More Space Scoops

Still curious? Learn more...

What is Space Scoop?

Discover more Astronomy

Inspiring a New Generation of Space Explorers

Space Scoop Friends

Contact Us

This website was produced by funding from the European Community's Horizon 2020 Programme under grant agreement n° 638653