Tibda t-Tfittxija għall-Oriġini Kożmika
March 13, 2013
Illum, fetaħ għajnejh teleskopju ġdid fjamant jismu ALMA. Dan it-teleskopju ġgantesk hu l-ikbar wieħed fid-dinja: magħmul minn erba' u ħamsin antenna b''dish' ta' 12-il metru (kważi l-għoli ta' bini b'erba' sulari!) u tnax, antenna ftit iżgħar ta' 7 metri. Dawn is-66 'dish' kollha ser jaħdmu flimkien biex joħolqu l-iżjed teleskopju b'saħħtu fid-Dinja! ALMA jista' jaqbad id-dawl mill-iżjed oġetti imbiegħda fil-kożmos, biex jurina dettalji li qatt ma rajna qabel fiż-żerniq tal-Univers. Dan ir-ritratt tal-ġenn juri t-teleskopju ALMA fid-Deżert ta' Atakama fiċ-Ċili.

Meta l-Univers kien għadu żgħir kien mimli ċpar oħxon ta' gass idroġenu kiesaħ. Dan jagħmilha diffiċli tistudja b'deleskopji ta' 'dawl viżibbli' normali. Imma l-ALMA għandu għandu għajnejn speċjali li ser jaraw il-kożmos f'dawl differenti magħruf bħala 'radio light'. Dan iħalli t-teleskopju jara minn goċ-ċpar u jiżvela s-sigrieti għall-ewwel darba.

L-ALMA tefa' d-dawl ukoll fuq xi wħud mill-iżjed oġġetti kesħin fl-Univers. Ser jittawwal minn ġo sħab skur ta' gass u trab li qiegħed ftit gradi 'l fuq minn żero assolut - l-iżjed temperatura possibbli (−273°C).  Qisu qed tgħid iksaħ milli kieku tersaq iżjed lejn in-nofsinhar mill-Pol tan-Nofsinhar!  Nittamaw li niskopru pjaneti eżotiċi ġodda li qed jorbitaw xmux aljeni u stilel trabi jiddu li qed jiffurmaw fis-sħab oħxon. 

Jekk trid tkun minn tal-ewwel biex tkun taf is-sigrieti li ALMA jiżvela dwar l-oriġini kożmiċi, ara li taqta Space Scoop fix-xhur li ġejjin! 

Cool Fact

L-ALMA inħadem 5000 metru għoli fuq muntanja fid-Deżert ta' Atakama, fiċ-Ċili, wieħed mill-iżjed postijiet niexfa fid-Dinja! L-għoli enormi u n-nixfa tal-post ifissru li ftit li xejn hemm sħab biex itellef l-osservazzjonijiet. Imma f'għoli ta' 5000 metru, l-arja hi rqiqa ħafna, għalhekk ftit li xejn hemm aċċess għan-nies!

This Space Scoop is based on Press Releases from ESO, NAOJ.
ESO NAOJ

Karen Vella Pace

Image
Print Friendly Version
More Space Scoops

Still curious? Learn more...

What is Space Scoop?

Discover more Astronomy

Inspiring a New Generation of Space Explorers

Space Scoop Friends

Contact Us

This website was produced by funding from the European Community's Horizon 2020 Programme under grant agreement n° 638653