Il-Ħajja Misterjuża ta' Wara l-Mewt tal-Istilel Ġganteski
March 6, 2013

L-istilel newtroni huma l-qalba ultra-densa li tibqa' wara li stilla massiva tasal biex ittemm ħajjitha u tisplodi. Is-saffi ta' barra tal-istilla jtiru fl-isplużjoni, imma l-materjal fiċ-ċentru tal-istilla jaqgħa fuqha stess u jifforma ballun ta' materjal ippakkjat sew.  B'hekk nispiċċaw bl-iżjed oġġett dens (jiġifieri 'ippakkjat sewwa ħafna') li nafu bih fl-Univers kollu lil hinn minn toqba sewda: stilla newtrona! 

Dan ir-ritratt ġdid tal-ispazju jurai grupp ta' stilel imsejjaħ 'massa globulari'. Dawn huma xi wħud mill-eqdem oġġetti fl-ispazju - dważi qodma daqs l-Univers innifsu! Dan ifisser li ħafna mill-istilel ġo fih diġà għexu ħajjithom. Dawk l-iżjed massivi ilhom li splodew u ħallew warajhom bosta stilel newtroni.

Bi stilla newtrona f'din il-massa globulari, flimkien ma' bosta oħrajn, l-astronomi ħadmu r-relazzjoni bejn il-massa tal-istilel (kemm fihom materjal) u d-daqs tagħhom. 

L-informazzjoni l-ġdida turi li stilla newtrona medja, bl-istess massa ta' madwar waħda u nofs tax-Xemx tagħna, tkun madwar 12-il km wiesgħa. Dan kważi daqs raħal żgħir! B'dan il-materjal ippakkjat fi spazju daqshekk żgħir, l-istilel netwroni huma oġġetti densi mmens. Il-pressjoni fin-nofs tagħhom hu ta' iżjed minn għaxar triljun minn triljun darba l-pressjoni li hemm bżonn biex jiffurmaw id-djamanti fid-Dinja.

Cool Fact

L-istilel newtroni tant huma ppakkajti u densi li kważi huma sfera perfetta. L-iżjed 'muntanji' għolja possibbli fuq il-wiċċ tagħhom ikunu biss 5 milimetri għolja!

This Space Scoop is based on a Press Release from Chandra X-ray Observatory.
Chandra X-ray Observatory

Karen Vella Pace

Image
Print Friendly Version
More Space Scoops

Still curious? Learn more...

What is Space Scoop?

Discover more Astronomy

Inspiring a New Generation of Space Explorers

Space Scoop Friends

Contact Us

This website was produced by funding from the European Community's Horizon 2020 Programme under grant agreement n° 638653