L-Astronomi jsibu l-ħajja fuq...id-Dinja?!
Feb. 29, 2012

F'dan ir-ritratt, donnu li l-Qamar irid ikun felli u sħiħ fl-istess ħin! Dan għax xi ftit dawl ħabat mad-dinja u xegħel il-Qamar min-naħa li qed tħares lil hinn mix-Xemx.  Dan jissejjaħ earthshine.  Riċentement l-astronomi użaw l-earthshine biex tgħinhom fit-tfittxija għall-aljeni.

Is-sinjali tal-ħajja jistgħu jinstabu fl-ammonti ta' gassijiet partikulari fl-atmosfera tal-pjaneti, bħall-ossiġnu, l-ożonju, il-metan u d-dijossidu tal-karbonju.  L-astronomi jistgħu jindunaw x'gassijiet hemm fl-atmosfera ta' xi pjaneta billi jistudjaw id-dawl li jirrifletti minnhom, li jissejjaħ planetshine.

Iżda l-planetshine bilkemm jidher u jiddi ħafna inqas mid-dija qawwija tal-istilel, u allura diffiċli narawh.  Meta d-dawl tal-istilel ikun rifless minn xi pjaneta, tiġrilu xi ħaġa li tbiddlu.  L-astronomi jgħidu li dan id-dawl ikun ġie 'polarizzat'. Allura, billi jħarsu apposta lejn dawl polarizzat, l-astronomi jkunu jistgħu jilmħu dan id-dawl mill-pjaneti.

Ftit ilu, l-astronomi ttestjaw dan billi studjaw l-earthshine.  Minn dan, irnexxielhom jindunaw li l-atmosfera tad-dinja għandha parti minnha sħab u li hemm l-oċeani u l-pjanti fuq il-wiċċ tagħha.  Huma bażikament sabu l-ħajja fuq id-dinja!  Forsi tidher taċ-ċajt, imma dan il-metodu ġdid jista' jwassal biex xi darba tinstab il-ħajja xi mkien ieħor fl-Univers!

Cool Fact

Is-sħab tad-Dinja jirrefletti ħafna iżjed dawl tax-Xemx mill-oċeani u l-art.  Għalhekk l-earthshine ikun jidher ħafna iżjed meta t-temp ikun imsaħħab. 

This Space Scoop is based on a Press Release from ESO.
ESO

Maqlub għall-Malti minn Alexei Pace

Image
Print Friendly Version
More Space Scoops

Still curious? Learn more...

What is Space Scoop?

Discover more Astronomy

Inspiring a New Generation of Space Explorers

Space Scoop Friends

Contact Us

This website was produced by funding from the European Community's Horizon 2020 Programme under grant agreement n° 638653